Johann Said Floriana FC – “Nitlob l-għaqda ma’ neskludix deċiżjonijiet imminenti”.. Anthony Gafa Tim Manager ġdid

 Johann Said Floriana FC – “Nitlob l-għaqda ma’ neskludix deċiżjonijiet imminenti”.. Anthony Gafa Tim Manager ġdid
RITRATT – FFCMedia
Sitwazzjoni diffiċli ferm għaċ-Champions renjanti tal-Futbol Malti, Floriana FC, issa anke barra mill-FA Trophy fi stadju bikri.
L-uffiċjal tal-klabb Johann Said fuq kollox talab l-għaqda f’dan il-mument diffiċli, “Il-partitarji nifimhom għax jien aktar minn kollox supporter ta’ dan il-klabb, iżda ma’ jistgħux jeħlu l-players”, (bi kliem iebes ħafna fil-konfront tagħhom fuq il-medja soċjali).
Said żied jgħid, “Il-kalma u l-għaqda f’dan il-mument delikat huma kruċjali biex b’serenita jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għal ġid ta’ dan il-klabb glorjuż”.
M’eskludix deċiżjonijiet u/jew ċaqlieq imminenti fis-siegħat li ġejjin hekk kif jidher li Said mhux sodisfatt bil-mod kif sejrin l-affarijiet fl-arja teknika.
Il-kowċ preżenti John Buttigieg għandu kuntratt fit-tul, jidher li m’huwiex lest li jirriżenja, hemm l-għidut ukoll li jista’ jirritorna l-kowċ Taljan Enzo Potenza, Johann Said m’eskluda xejn, qalilna biss li deċiżjoni hija imminenti, dejjem għall-ġid ta’ dan il-klabb.
Sadanittant uffiċjali l-ħatra ta’ Anthony Gafa (ritratt) bħala Team Manager ġdid minflok Peter Agius li serva f’dan l-irwol bi qlubija u suċċess għal diversi snin.
Gafa għandu esperjenza twila fil-futbol hekk kif ilu diversi snin iservi fi rwoli varji ma’ klabbs bħal m’huma Marsa, San Ġwann u Fgura United.
Anthony Gafa ingħata l-irwol ma’ Floriana fuq bażi full-time.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com