Il-Prinċipessa Eugenie Issir Omm Għall-Ewwel Darba

 Il-Prinċipessa Eugenie Issir Omm Għall-Ewwel Darba

Il-Prinċipessa Eugenie welldet lil binha b’mod sikur illum id-9 ta’ Frar 2021 fid-08:55am fl-Isptar ta’ Portland. It-tarbija twieldet tiżen 8lbs 1oz.

Ir-Reġina, id-Duka ta’ Edinburgh, id-Duka ta’ York, id-Dukessa ta’ York, u s-Sur u s-Sinjura George Brooksbank ilkoll esprimew kuntentizza għal din l-aħbar.

Dan huwa l-ewwel tifel tal-Prinċipessa Eugenie u Jack Brooksbank u l-ewwel neputi tad-Duka u d-Dukessa ta’ York, filwaqt li r-Reġina u d-Duka ta’ Edinburgh saru bużnanniet għad-disa’ darba mat-twelid ta’ dan iċ-ċkejken.

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Princess Eugenie (@princesseugenie)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com