Illejla It-Temperatura Se Tinżel Waħda Sew… Araw X’Se Jiġri!

It-temp illum b’waqtiet xemxin li jsir pjuttost imsaħħab xi kultant biċ-ċans ta’ xi ftit xita iżolata speċjalment lejn il-Lvant tal-inħawi u possibilment bi ftit silġ (‘graupel’) iżjed tard. Jiksaħ ħafna sa filgħaxija u mal-lejl..
[: 70% |
: 50% |
: 25% |
: 75% |
: 30%]
Ir-riħ moderat (F5-4) mill-Grieg it-Tramuntana (NNE) li jnaqqas (F4-3), imbagħad isir kiesaħ ħafna u qawwi (F5-6) mit-Tramuntana [N] matul il-lejl li ġej..
Il-baħar qawwi li jsir ftit qawwi, b’imbatt baxx mill-Majjistral.
L-ogħla temperatura llum: 13°C; l-inqas illejla: 4°C.
Tinħass: 13°C | 0°C
Indiċi UV: 3
Ritratt ta’ żerniq mill-isbaħ miġbud ilbieraħ mix-xatt f’Tas-Sliema, grazzi għal Tatiana Wolf