“In-Nanna Tiegħi Ttestjat Pożittiva” – Il-Prim Ministru Robert Abela

 “In-Nanna Tiegħi Ttestjat Pożittiva” – Il-Prim Ministru Robert Abela

“Kemm jien kuntent li dak li ilni nkellimkom dwaru fl-aħħar ġimgħat, issa qed dejjem joqrob!” Hekk beda l-Prim Ministru Robert Abela fl-indirizz politiku tiegħu dalgħodu fil-Furjana.

Semma li ħafna jgħidulu li qed ikun ottimist iż-żejjed u fakkar li qalulu, li qabel April, il-vaċċin ma jasalx. Fil-verità, il-vaċċin mhux talli ma wasalx f’Jannar iżda ġie f’Diċembru, tenna l-Prim Ministru.

Semma wkoll l-ekonomija fejn qal li din il-ġimgħa ma tkellimx hu, iżda l-Kummissjoni Ewropea nnifsiha li qalet li sas-sena d-dieħla Malta se rikollha l-akbar tkabbir fl-Unjoni Ewropea.

Kompla billi semma l-isfidi tal-Air Malta fejn qal li t-target huwa li l-kumpanija tissalva: “… u l-Air Malta se tibqa’ ttir b’saħħitha.”

Fakkar biex ma ninsewx ir-realtà ta’ dak li għaddejna minnu fl-aħħar xhur biex bil-politika tal-illużjoni, dan ma jintexhiex. Semma li kien hemm min qed jagħmel kampanja sottili minn taħt biex in-nies jibżgħu u dan għandu jkun imfakkar man-negozji tal-pajjiż.

“Aħna dejjem konna hemm, il-vuċi tat-tama, tal-fiduċja u dak li kien iswed u abjad għednieh.”

Il-Prim Ministrru tenna li l-enfasi hija dejjem fuq politika onesta. Semma kif il-kap tal-Oppożizzjoni qed jiżra’ d-dubju fejn qal li ‘aħna l-agħar fl-Ewropa’, u kompla jgħid li mhux talli m’aħnhiex l-agħar talli qegħdin l-aqwa fl-Ewropa fil-mod ta’ kif qed inlaqqmu lin-nies.

Reġa’ fakkar f’timelines importanti: Marzu u Mejju meta pajjiżna jibda jirkupra ekonomikament u għamel referenza li l-Kap tal-Opożizzjoni mbagħad jipprova jieħu mertu li bis-saħħa tagħhom ħriġna minn dan il-perjodu diffiċli.

Fakkar fil-ġlied intern tal-partit nazzjonalista filwaqt li min-naħa l-oħra, in-negozji jafu min baqa’ warajhom, sostna l-Prim Ministru Robert Abela.

“Ejja ħa noħolmu kbir u ejja ħa nwettqu kbir”, sostna l-Prim Ministru fejn tenna li l-Ewrobarometru juri li l-poplu Malti u Għawdxi huwa l-aktar pajjiż pożittiv u ħeġġeġ biex nibqgħu nuru l-għaqda u s-saħħa.

“Kburi b’kull wieħed u waħda minnkom u kburi bil-pajjiż, li se jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku sas-sena d-dieħla”, enfasizza l-Prim Ministru.

Fakkar ukoll li iva hawn min isofri wkoll għax qatt ma tista’ tgħid li kollox hu perfett. Fakkar li din il-ġimgħa, ħarġet liġi ġdida fejn għas-sena 2020, il-qliegħ ta’ dik is-sena se jitqies fuq x’wieħed kien jaqla’ f’Jannar u fi Frar. Dawk kollha li sofrew telf fi qliegħ fl-2020, se jitqies għall-pensjoni tagħhom daqs li kieku ma tilfu xejn.

“5 t’ijiem oħra, in-nanna tiegħi tgħalaq għeluq sninha u ttestjat pożittiva u ninkwieta iva, imma ma nistax ma niftakarx ukoll li qed naħdmu bla nifs biex intejbu l-mument.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com