Iż-Żewġ Klabbs Tal-Karting Jingħaqdu Sabiex Isir Il-Kampjonat Nazzjonali

 Iż-Żewġ Klabbs Tal-Karting Jingħaqdu Sabiex Isir Il-Kampjonat Nazzjonali

Iż-żewg klabbs tal-karting f’Malta, lsland Karting Club u l-Karting Club Malta, ħabbru li ser jkunu qiegħed jorganizzaw il-kampjonat nazzjonali tal-karting. It-tiġrijiet huma mistennija li jsiru fil-La Reve Karting Track f’Ħal Far. Il-kampjonat ser jkun imqassam fuq ħames rawnds. L-ewwel rawnd ser isir fis-27 u 28 ta Frar, it-tieni rawnd fis-27 u 28 ta Marzu, it-tielet rawnd fit-12 u 13 ta Ġunju, ir-raba rawnd fl-10 u 11 ta Lulju u l-aħħar rawnd fl-4 u 5 ta Settembru.

Bl-interess li qajmet it-trakka il-ġdida, huwa mistenni li n-numru ta’ kompetituri jkun wieħed sostanzjali. Huwa stmat li madwar 150 żgħażugħ u żgħażugħa qiegħdin jipprattikaw il-karting fl-istess trakka matul tmiem il-ġimgħa.

Il-President tal-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport, Duncan Micallef sostna li hu ta’ sodisfazzjon kbir jara l-interess fil-karting f’pajjiżna jikber b’rata tajba ħafna u li għall-ewwel darba f’pajjiżna ż-żewġ klabbs ingħaqdu biex jorganizzaw kampjonat nazzjonali.

 

Ritratt: David Axisa

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com