Jagħti Ruħu B’Idejh Lill-Pulizija Dwar Aggressjoni Fil-Mosta

 Jagħti Ruħu B’Idejh Lill-Pulizija Dwar Aggressjoni Fil-Mosta

Sirjan li kien imfittex mill-Pulizija b’rabta mal-allegat aggressjoni li seħħet fil-Mosta ta’ ruħu b’idejh lill-Pulizija fl-Għassa tal-Mosta.

Il-każ seħħ fis-27 ta’ Jannar li għadda f’garaxx fi Triq il-Kappar meta s-Sirjan ħebb għal Sirjan ieħor ta’ 29 sena. Il-vittma kellu jittieħed b’emerġenza l-isptar Mater Dei.

Huwa daħal l-isptar ferut f’għonqu b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta tant li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com