Mgħajjar “Oħxon” Minn Ħaddiem Ta’ Ħanut Wara Li Kiteb Review Ħażina Fuq Facebook

 Mgħajjar “Oħxon” Minn Ħaddiem Ta’ Ħanut Wara Li Kiteb Review Ħażina Fuq Facebook

Ġuvni li kiteb kumment negattiv dwar ħanut li jinsab f’Tas-Sliema rċieva kumment lura mill-paġna tal-istess ħanut xahar wara, liem kumment kien mimli nsulti u tgħajjir. Il-kumment mill-paġna tal-ħanut ma wieġeb xejn dwar l-ilment taż-żagħżugħ, iżda minflok kien jinkludi biss insulti relatati mal-apparenza fiżika tiegħu.

Il-ġuvni kien qal li ma jirrakkomdanax dan il-ħanut għal PS5, filwaqt li lmenta billi qal li “scalpers are the worst”. B’reazzjoni għal dan, ħaddiem tal-ħanut wieġeb xahar wara u qal hekk:

“So are fat overweight man. Please look in the mirror Andrew fatty boy!!” 

Wara li mijiet ta’ persuni kkummentaw dwar dan il-każ ta’ bullying u esprimew id-diżappunt tagħhom, il-ħanut wieġeb pubblikament fejn intqal li l-persuna responsabbli minn dan il-kumment kien ħaddiem li ġie mkeċċi nhar il-Ġimgħa li għadda.

Aqra l-istqarrija sħiħa tal-ħanut hawn:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com