Bil-Filmat: “Jien Lest Ngħix Anke 100 Sena Oħra F’dan L-Istat” – Bjorn Formosa Jitkellem Dwar L-Ewtanasja

 Bil-Filmat: “Jien Lest Ngħix Anke 100 Sena Oħra F’dan L-Istat” – Bjorn Formosa Jitkellem Dwar L-Ewtanasja

Meta kien qed jitkellem fil-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa fuq TVM li kien qed jiddiskuti l-ewtanasja, Bjorn Formosa, li għandu l-ALS u huwa fundatur u mexxej tal-ALS Malta sostna li hu personali “lest ngħix anke 100 sena oħra f’dan l-istat”.

Bjorn Formosa spjega li hu favur il-ħajja u għalhekk lest anke jgħix 100 sena fl-istat li jinsab bħalissa minħabba l-marda. Spjega wkoll li hu għandu l-enerġija u jixtieq jagħmel miljun ħaġa. Spjega li bħala Dar Bjorn qed joffru ħafna servizzi u fadal x’joffru.

Madanakollu spjega wkoll li hu ltaqa’ “mal-aktar każijiet gravi fis-soċjeta'”, minħabba li l-mard tal-ALS u l-Huntington huma fost l-għar mard li hawn u spjega li waqt li għandu hu għandu l-enerġija, mhux kull persuna hija l-istess, u spjega li f’każijiet fejn tkun totalment paralizzat, “jien kif nista’ ngħid lil din it-tip ta’ persuna li int trid tgħix bilfors?”

Dwar l-ewtanasja, Bjorn Formosa temm jgħid li mportanti li nistudjaw u nifhmu verament ċerti mard qabel ma’ ngħidu iva jew le fuq xi opinjoni.

https://www.facebook.com/lerbgha/videos/136954421607668

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com