Kampjonat Veterani – Birkirkara L-Uniku Tim B’Punti Massimi

 Kampjonat Veterani – Birkirkara L-Uniku Tim B’Punti Massimi

Matul il-ġimgħa kompla l-kampjonat Kia tal-veterani b’erba’ logħbiet.

Fl-ewwel logħba kien hemm id-debutt tat-team Għawdxi Gozo Glory għal dan l-istaġun li bdew b’telfa ta’ 4-3 kontra Birkirkara St Helen. L-Għawdxin fetħu vantaġġ ta’ 3-0 b’goals ta’ Roderick Farrugia (2), Malcolm Camilleri u Sylvan Galea (2), iżda Birkirkara dawwru telfa f’rebha permezz ta’ Kevin Borg Degiorgio, Alan Galea u Glenn Barry (2).

Fl-istess ġurnata Wardija FC għelbu lil Zejtun Red Stars 5-3 b’goals ta’ Bjorn Sjoberg (3), Orosoco Anonam u Michael Borg Olivier. Għal Żejtun skurjaw Chris Farrugia (2) u Nikolay Filipov.

Ħamrun Spartans Veterans kisbu rebħa kbira ta’ 8-5 fuq Rabat Serkin b’hat-tricks ta’ Leandros Calleja u Dino Cachia, u goals oħra minn Jonathan Buttigieg u Pavlos Buhagiar. Għal Rabat Justin Felice skorja erba’ goals u Clint Micallef wieħed.

Il-programm ta’ logħbiet għalaq b’partita ferm bilanċjata u kumbattuta bejn Luxol St Andrews u s-selezzjoni tal-Malta Football Players Association (MFPA), b’Simon Shead isalva punt ghall-MFPA bit-tieni goal tiegħu fi draw ta’ 4-4. Il-goals l-oħra ta’ MFPA skurjawhom Luke Cauchi u Zeljko Anicic, filwaqt li għal Luxol skurjaw John Soler, Mark Vella, Michael Galea u Luke Satariano.

Birkirkara St Helen huma l-uniku team b’punti massimi minn tlett logħbiet, b’Luxol St Andrews u Zejtun Red Stars isegwu b’seba’ u sitt punti rispettivament.

 

Ritratt: MVFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com