Karozza Tibqa’ Dieħla Ġol-Ħajt… Tarbija Ta’ Ftit Xhur L-Isptar.
Inġema’ traffiku kbir f’ Ħaż-Żebbuġ hekk kif għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa, kien hemm ħabta bejn 3 vetturi bil-konsegwenza li waħda minnhom baqgħet dieħla fil-ħajt.
F’waħda mill-karozzi involuti, kien hemm mara ta’ 29 sena minn Ħaż-Żebbuġ b’ tarbija ta’ ftit xhur, li flimkien max-xufier; raġel ta’ 35 sena minn Ħaż-Żebbuġ ukoll, ittieħdu l-isptar għall-kura. Il-Kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.
Involut ukoll kien hemm Albaniż b’peugeout 607 u raġel ta’ 54 sena minn Ħaż-Żebbuġ permezz ta’ Toyota Dinah.
Aktar dettalji mal-ħin.