Kienet Waslet Sal-Judges’ Houses Ta’ X-Factor Malta. X’Qed Tagħmel Illum?

Marija Bellia hija waħda mill-kantanti li kienet waslet sal-istadju tal-Judges’ Houses fl-ewwel edizzjoni ta’ X-Factor Malta.
Illum hija qed tkompli tiffjorixxi l-karriera mużikali tagħha, mhux biss bħala kantanta, iżda wkoll permezz tal-kitba tal-lirika u l-kompożizzjoni.
F’Jum San Valentinu hija ħarġet it-tieni kanzunetta oriġinali tagħha bl-isem ta’ ‘Love, X’, wara li f’Awissu li għadda kienet ħarġet il-kanzunetta ‘Change Me’.
‘Love X’ hija miktuba minn Marija Bellia stess.