Lija Jerbħu u draw bejn Valletta u Sliema

 Lija Jerbħu u draw bejn Valletta u Sliema

Fit-tieni partita fic-Centenary Stadium Lija Atheltic għelbu lil Tarxien Rainbows f’konfront dirett bejn żewġ timijiet fin-naħa t’isfel tal-klassifika. Kien Miguel Perez li fil-18 il-minuta poġġa lill-Lija fil-vantaġġ bl-ewwel taqsima tagħlaq 1 – 0. Ma’ ftit aktar minn siegħa logħob Lija ġew mogħtija penalty li minnhu Javier Fernando Brandan ma falliex u għamel lis-skor 2 – 0.  B’din ir-rebħa Lija laħqu lill-stess Tarxien fil-klassifika. Il-konfront kien ikkontrollat Slobodan Petrovic.

Intant fl-uniku partita fil-Hibernians Stadium draw sa’ ċertu punt diżżapuntanti bejn Valletta u Sliema Wanderers fejn iż-żewġ timijiet xejn għajr minn rebħa ma kienet tissodisfahom. Valletta kienu kważi fetħu lis-skor fil-37 minuta iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Wellington de Oliveira ġiet maqlugħa minfuq il-linja tal-gowl minn Kurt Shaw.

Tnax il-minuta fit-tieni taqsima Henry Bonello wettaq save tajjeb wara daqqa ta’ ras ta’ Satariano u ħames minuti wara konklużjoni ta’ Sansone ġiet klerjat f’korner minn Zerafa.

L-iskor finali baqa dak ta’ 0 – 0 f’konfront ikkontrollat minn Trustin Farrugia Cann.

 

Ritratt: MFA

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com