PL – Ħames rebħiet ‘away’ minn ħamsa.. wara disa’ snin Liverpool megħluba darbtejn infila f’darhom

 PL – Ħames rebħiet ‘away’ minn ħamsa.. wara disa’ snin Liverpool megħluba darbtejn infila f’darhom

Premier League

Wara d-disgħa li skurjaw Manchester United it-Tlieta kontra Southampton li kienu qalgħu ukoll disgħa sittax-il xahar qabel fl-istaġun li għadda kontra Leicester City, in-numru disgħa reġa tfaċċa anke llum fil-Premier League Ingliza, hekk kif wara DISA’ SNIN, iċ-Champions Liverpool sofrew l-ewwel zewġ telfiet infila f’darhom fil-Kampjonat, filfatt l-aħħar li din ġrat kien fis-sena 2012.

Reds b’sorpriza megħluba 1-0 f’Anfield minn tim lejn il-qiegħ tal-klassifika Brighton, wara li bl-istess skor ġimgħatejn ilu ukoll f’darhom kienu tilfu kontra tim ieħor mill-qiegħ Burnley.

Goal tar-rebħa għal Brighton fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta skurjat minn Steven Alzate.

F’rizultati oħra, jkompli l-kampjonat impressjonanti għal West Ham li marru f’Villa Park u għelbu lil Aston Villa 3-1 barra minn darhom, zewġ goals għal Hammers f’ħames minuti fil-ftuħ tat-tieni taqsima minn Tomas Soucek u l-ewwel goal ma’ West Ham għall-akkwist mingħand Manchester United Jesse Lingard, Ollie Watkins fetaħ xaqq ta’ dawl għal Villa, izda bid-doppjetta personali Jesse Lingard għamel l-iskor 3-1 għat-tim tal-manager David Moyes.

Manchester City lura waħedhom fl-ewwel post b’rebħa 2-0 għand Burnley, goals fl-ewwel taqsima ta’ Gabriel Jesus u Raheem Sterling, away ukoll Everton għelbu lil Leeds 2-1, Gylfi Sigurdsson u Dominic Calvert-Lewin għat-Toffees, Raphinha rrisponda għal Leeds United u Leicester City lura għar-rebħ marru Londra u għelbu lil Fulham 2-0, anke hawn zewġ goals fl-ewwel ħamsa u erbgħin minuta għal Foxes minn Kelechi Iheanacho u James Justin.

Il-Ħamis logħba mistennija ‘derby’ ta’ Londra bejn Tottenham u Chelsea.

Coppa Italia :- Napoli 0-0 Atalanta 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com