Mgħajjar “Oħxon” Minn Ħaddiem Ta’ Ħanut Wara Li Kiteb Review Ħażina Fuq Facebook
Ġuvni li kiteb kumment negattiv dwar ħanut li jinsab f’Tas-Sliema rċieva kumment lura mill-paġna tal-istess ħanut xahar wara, liem kumment kien mimli nsulti u tgħajjir. Il-kumment mill-paġna tal-ħanut ma wieġeb xejn dwar l-ilment taż-żagħżugħ, iżda minflok kien jinkludi biss insulti relatati mal-apparenza fiżika tiegħu.
Il-ġuvni kien qal li ma jirrakkomdanax dan il-ħanut għal PS5, filwaqt li lmenta billi qal li “scalpers are the worst”. B’reazzjoni għal dan, ħaddiem tal-ħanut wieġeb xahar wara u qal hekk:
“So are fat overweight man. Please look in the mirror Andrew fatty boy!!”
Wara li mijiet ta’ persuni kkummentaw dwar dan il-każ ta’ bullying u esprimew id-diżappunt tagħhom, il-ħanut wieġeb pubblikament fejn intqal li l-persuna responsabbli minn dan il-kumment kien ħaddiem li ġie mkeċċi nhar il-Ġimgħa li għadda.
Aqra l-istqarrija sħiħa tal-ħanut hawn: