Miexi B’Ritmu Mgħaġġel Ir-Restawr Fuq Il-Knisja Taż-Żejtun
Bħalissa għaddej ir-restawr fuq il-faċċata tal-knisja taż-Żejtun iddedikata lil Santa Katarina. Ir-restawr kien proġett idea tal-Ministru Owen Bonnici lura meta kien Ministru Għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali; liema proġett kien imfassal fuq tliet fażijiet.
Dak tan-naħa t’isfel tal-Knisja li tlesta, in-naħa ta’ fuq li tlesta wkoll u bħalissa għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-faċċata mill-isbaħ ta’ din il-Knisja.
Il-fondi ġew mill-Ministeru nnifsu bl-iskop li jitkompli jkun imħares il-wirt lokali minħabba li huwa parti integrali mill-identità ta’ pajjiżna.
Ix-xogħol li għaddej bħalissa jikkonsisti f’restawr tal-faċċata u l-kampnari li jreġu fuq medda ta’ 1,600 metru kwadru b’investiment li hu stmat għal madwar €355,000
Żgur li ż-Żwieten qed jistennew bi ħġarhom it-tlestija ta’ dan il-proġett ta’ gawhra li hija tant għal qalbhom.