Organizzat Il-Ħames Rawnd tal-Kampjonat Motocross F’ Għawdex

 Organizzat Il-Ħames Rawnd tal-Kampjonat Motocross F’ Għawdex

Il-Gozo Motorcross Association organizzat il-ħames rawnd tal–kampjonat fejn 22 sewwieq ipparteċipaw f’rawnd li l-qofol intlaħaq meta saru tlielaq tal-Klassi Junior, fejn tfal bejn 6 u 11-il sena kkompetew flimkien. Dawn kienu  Zac Tabone, Trysten Theuma, Luka Haber u Milos Schembri.

Fi klassi D ipparteċipaw żewġ sewwieqa femminili filwaqt li saret Klassi miżjuda, dik ghas-sewwieqa Endruo.

Fi klassi A , iċ-ċampjin renjanti Steve Xuereb spiċċa fl-ewwel post segwit minn David Dimech u Mario Cauchi rispettivament. Fil-kategorija B, Robert Spiteri rebaħ din il-klassi filwaqt li Jorn Stellini ġie fit-tieni post u Matthew Zammit fit-tielet.

Jurgen Attard, irnexxielu jakkwista is-sittin punt tal-ġurnata fi klassi Ċ, biż-żgħażugħ Mark Camilleri segwa warajh, filwaqt li s-sewwieq Malti William Sant spiċċa t-tielet post.

Fi Klassi D, rajna s-sewwieqa ġodda b’Luke Caruana u Paul Caruana jidħlu fl-ewwel u t-tieni post ripettivament segwiti minn Chris Tyler Mizzi li wkoll huwa sewwieq ġdid f’fdin il-kategorija.

Clyden Formosa ssupera l-klassi Enduro filwaqt li Joseph Gauci u Samuel Gauci daħlu it-tieni u t-tielet rispettivament.

Fl-aħħar tal-ġurnata, GMA training Coach, Scott Donovan qassam trofej u medalji lis-sewwieqa rebbieħa. Dawn kienu sposorjati minn Grima Service Station u Grima Fuel Supplies.

Il-kwarti finali ta’ dan il-kampjonat issir nhar il-Ħadd 7 ta’ Marzu 2021

 

Ritratt: Liliana Xuereb

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com