Ozzy Lino Magħżul Ma’ 9 Artisti Oħra Minn Madwar Id-Dinja Għall-Kanzunetta Li Tfakkar Il-50 Anniversarju Statali Tal-Bangladesh

 Ozzy Lino Magħżul Ma’ 9 Artisti Oħra Minn Madwar Id-Dinja Għall-Kanzunetta Li Tfakkar Il-50 Anniversarju Statali Tal-Bangladesh

Il-kantant Ozzy Lino ġie mistieden bħala wieħed minn għaxar artisti biex ikun parti minn kanzunetta li tfakkar il-50 anniversarju statali tal-Bangladesh.

Il-kanzunetta ‘Through the Tiger’s Eye’ issa ġiet esebita fuq diversi pjattaformi madwar id-dinja.

L-1971 kienet is-sena tal-Kunċert leġġendarju għall-Bangladesh fil-Madison Square Garden ta’ New York, quddiem udjenza ta’ 40,000. Dakinhar George Harrison u Ravi Shankar ġabru donazzjonijiet b’risq refuġjati tal-Bangladesh, li n-numru tagħhom kien kiber għal għaxar miljun persuna wara l-Gwerra tal-Bangladesh. B’konnessjoni ma’ dan il-kunċert , George Harrison kien irrekordja l-kanzunetta “Bangla Desh”, u rranġa sabiex Apple Records toħroġ l-EP ta’ Ravi Shankar “Joi Bangla”.

Biex jimmarka l-50 Anniversarju Statali tal-Bangladesh, Daniel Seidl, eks Direttur Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Ġermaniża fil-Bangladesh, li ngħata t-titlu ta’ “Brand Ambassador” għall-Bangladesh, ippjana li jorganizza kunċert għall-anniversarju tal-50 Sena għall-Bangladesh fi New York, Londra u Berlin. Sfortunatament, l-avveniment kellu jiġi kkanċellat minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19. Għalhekk huwa iddeċieda li jikkommemora dan l-anniversarju speċjali b’ġieħ mużikali, Seidl ikkummissjona lill-produttur tad-diski Robert Bartha biex jikkomponi u jipproduċi innu f’ġieħ din l-okkażjoni.

Bartha ġab flimkien għaxar artisti rinomati mid-dinja kollha biex jiffurmaw is-supergrupp uniku“ Artists4Desh ”. Permezz tagħhom huwa rrekordja l-kanzunetta l-ġdida tiegħu “Through The Tiger’s Eye”. Il-kanzunetta ġie parzjalment rrekordjata fl-istudjo tiegħu f’Mallorca, u l-bqija taħta bl-użu ta’ Skype mill-istudjos tal-artisti fl-Iżvezja, Bangladesh, Malta, il-Polonja u pajjiżi oħra.

Qabel l-anniversarju nnifsu, “Through The Tiger’s Eye” wriet suċċess konvinċenti fi preżentazzjoni mhux uffiċjali lill-Prim Ministru tal-Bangladesh, u wkoll fuq stazzjonijiet tar-radju nazzjonali, liem kanzunetta qed tiġi ċċelebrata bħala “innu uffiċjali”. Din il-kanzunetta li ġġiegħlek tiżfen magħha u li ssaħħan il-qalb mhix biss kanzunetta pop moderna tas-soltu, hekk kif għandha nkorporati fiha ħsejjes tradizzjonali Bengali.

Il-lirika twassal messaġġ ta’ ottimiżmu u ħeġġa għall-ħajja, messaġġ aktar importanti minn qatt qabel fi żminijiet attwali.

“Jekk inħarsu lejn id-dinja bis-serenità u b’kuraġġ ta’ tigra, kollox jissolva ftit ftit”, qal Ozzy Lino ma’ StradaRjali.com.

Segwi din il-kanzunetta hawn:

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com