Perjodu delikat għal Tarxien R… għadha nċerta s-sitwazzjoni tal-kowċ Winston Muscat

 Perjodu delikat għal Tarxien R… għadha nċerta s-sitwazzjoni tal-kowċ Winston Muscat

It-telfa ta’ 7-0 kontra l-ġirien u rivali kbar Santa Lucia ħalliet togħma morra ħafna fil-kamp ta’ Tarxien Rainbows.

Riżultat li wassal għar-riżenja l-Ħadd tal-kowċ Winston Muscat, liema riżenja iżda għad trid tiġi diskussa t-Tnejn wara nofsinhar f’laqgħa li Muscat se jkollu mal-ogħla diriġenza tal-klabb.

Mhux eskluż b’hekk li l-ex kowċ tat-Tim Malti ta’ taħt id-19-il sena jiġi mġiegħel idawwar il-ħsieb tiegħu f’laqgħa li nifhmu fiha ż-żewġ partijiet mistennija jqajmu ‘issues’ li b’mod immedjat iridu jitranġaw bil-għan komuni taż-żewġ naħat mal-mejda li riżultat bħal tas-Sibt ma’ jirrepetix ruħu u t-tama li t-tim jerġa jaqbad it-triq tar-rebħ.

ritratt :- Trevor Sollars 

Sadanittant ma’ setgħax jonqos li riżultat bħal tas-Sibt kontra l-akbar rivali jġib kritika qawwija mill-partitarji.

Kritika li ħafna minnha kienet indirizzata lejn il-players fil-pitch, iżda kien hemm ukoll min ikkumenta b’mod kostruttiv b’difiża għad-diriġenza preżenti li qed tagħmel minn kollox flimkien mal-istaff tekniku biex jintroduċu kemm jista jkun żgħażagħ fit-tim.

Christian Pace qal hekk, “Tfal das-season qed jitilgħu mill-minors u daħlu kemm f’logħob tal-Premier u anke t-Trophy. Il-proġett biex ikollna bażi bit-tfal qiegħda hemm, iżda rridu ntuwhom iż-żmien tagħhom u mhux indaħħalhom fl-inkwiet li ġabu b’idejhom oħrajn. Jekk insegwu kollox il-minors qiegħdin l-ewwel u sa issa bla telfa.

“Heroes għandha kemm trid ir-raħal iżda meta niġu għas-sugu ftit issib koperazzjoni, anzi ssib ħafna min jipprova jfixkel”, temm jgħid dal-partitarju Christian Pace li fetaħ dwar il-weġa’ tiegħu għall-ġid tal-klabb Tarxiniż.

B’xorti ħażina din hija sitwazzjoni f’kull klabb hawn Malta, waħda mir-raġunijiet għalfejn il-futbol Malti jibqa staġnat, meta fi ħdan il-klabbs għandek kurrenti kontra u mhux kulħadd jiġbed ħabel wieħed għal ġid u l-progress tat-tim.

Lil hinn mir-riżultat tas-Sibt li għadda kontra Santa Lucia, r-Rainbows dan l-istaġun irreġistraw progress mill-istaġun diżappuntanti ferm, dak li għadda, fejn kienu diġa relegati fuq il-pitch, iżda d-deċiżjonijiet mill-Kunsill tal-Malta Football Association qabel is-sajf li għadda kienu wasslu biex it-tim żamm postu mal-kbar.

Draws dan l-istaġun 1-1 ma’ Gżira, 2-2 ma’ Floriana, rebħa kbira 5-0 fuq Senglea u rebħa 3-1 fuq Valletta huma xhieda tal-progress li dan it-tim għamel dan l-istaġun bil-kowċ Winston Muscat fit-tmexxija u l-players t’esperjenza u mhumiex…. fuq il-pitch!!!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com