Poġġielha Sikkina M’Għonqha U Talabha L-Flus

 Poġġielha Sikkina M’Għonqha U Talabha L-Flus

Raġel ta’ 24 sena ġie arrestat mill-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri ftit ħin wara li wettaq serqa fuq mara fil-Pieta`.

Intqal li mara ta’ 27 sena qalet lill-pulizija, li waqt li kienet miexja, raġel poġġiela sikkina m’għonqa u talabha l-flus. Huwa serqilha l-mowbajl u ħarab minn fuq il-post.

Il-Pulizija bdew tfittxijiet u madwar 20 minuta wara, innutaw raġel li jaqbel mad-deskrizzjoni li ngħataw mill-vittma. Hu kien arrestat u l-mowbajl tal-vittma nstab fil-pussess tiegħu.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com