“Qalbi Ma Tiflaħx Għan-Nuqqas Tagħha… Bella Tgħini Negħleb L-Ansjetà” – Casey Connor

Casey Connor għamlet kuntatt ma’ StradaRjali.com u talbitna sabiex ngħinuha fl-appell għall-għajuna sabiex tinstab Bella, il-pet tagħha li kienet tant tgħinha tegħleb l-kundizzjoni tal-ansjetà.
Kull min għandu xi informazzjoni huwa mitlub jagħmel kuntatt ma’ Casey Connor fuq 99171444. Hija lesta li tagħti €400 lill-persuna li tirritorna lil Bella.
Intant, it-tfajla appellat ukoll sabiex ma jsirux telefonati b’ċajt li jgħidu li jkunu sabu lil Bella meta ma jkunx minnu. Telefonati bħal dawn jikkawżaw aktar anzjetà bla bżonn.