Qatt Ma Naraw Ritratti Ta’ Min Imut Bil-Covid. Allura Għaliex Tat-Tfajla Ta’ 30 Sena?
Michelle Rausi li taħdem bis-sħiħ favur il-persuni bid-Downs Syndrome wriet id-diżappunt tagħha fuq il-mida soċjali li ġie ppubblikat ritratt tal-mara ta’ 30 sena li mietet ilbieraħ.
“Jiddispjaċini ħafna meta nara dawn l-affarijiet. Kemm ilha li bdiet il-covid, in-nies li jmutu dejjem jiġu rrapurtati imma qatt ma naraw ritratti tagħhom u m’għandniex għalfejn, u hekk kellu jkun ukoll għat-tfajla ta’ 30 sena…”, saħqet Michelle.
Spjegat li anke jekk kemm -il darba l-familjari taw permess, kellu jiġi mill-midja li ma ssaqsix biex dan ikun ippubblikat.
“Dan qed jurina kemm għad fadlilna x’ naħdmu’, temmet tgħid Michelle.
Ritratt: Facebook/ Michelle Rausi