Raġel Miż-Żurrieq Iweġġa’ Gravi F’Inċident Bil-Mutur Fil-Gudja

 Raġel Miż-Żurrieq Iweġġa’ Gravi F’Inċident Bil-Mutur Fil-Gudja

Raġel ta’ 45 sena miż-Żurrieq weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret il-Gudja.

L-inċident seħħ il-bieraħ għall-ħabta tas-6 pm.

Mill-istħarriġ tal-Pulizija rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena mill-Gudja, u mutur Yamaha Crypton R, misjuq mill-vittma. Fuq il-mutur, kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 17-il sena residenti ż-Żurrieq.

Ix-xufier tal-mutur ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Ħadd iktar ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com