Rebħiet Għal Floriana u Gzira Utd.

Fl-aħħar żewġ logħbiet tas-sibt wara nofsinhar Gzira United u Floriana r-reġistraw rebħiet importanti kontra Żejtun Corinthians u Gudja United rispettivament.
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Gzira urew il-qawwa tagħhom meta għelbu lill-Zejtun Corinthians 4 – 0. Maxuel Maia wara għaxar minuti logħob poġġa lill-maroons fil-vantaġġ biex eżatt qabel il-mistrieħ Riccardo Correa għamilhom 2 – 0.
Nevin Portelli fil-51 minuta għamilhom tlieta b’Martin Davis appena qabżu s-seigħa logħob jagħmilhom 4 – 0 liema skor kien dak finali.
Fic-Centenary Stadium, Floriana fir-ritorn tal-kowċ Enzo Potenza, r-reġistraw rebħa importanti kontra Gudja, rebħa ta’ 1 – 0. L-uniku gowl tal-partita skurjaħ Kristian Keqi minn penalty fil-38 minuta.
Ritratt: MFA