Ritorn imminenti għal Enzo Potenza bħala kowċ ta’ Floriana

 Ritorn imminenti għal Enzo Potenza bħala kowċ ta’ Floriana

Is-Sibt kontra Senglea jidher li se jkun Darren Vella li se jmexxi lil Floriana, madankollu sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalulna li t-Taljan Enzo Potenza jinsab biss ftit dettalji ‘l bogħod milli jirritorna bħala kowċ ta’ Floriana.

L-aħbar għadha mhiex ikkonfermata hekk kif dawn id-dettalji li l-ġimgħa wara nofsinhar kienu qed jiġu diskussi mit-Taljan mal-kumitat jistgħu iżommu ftehim milli ma’ jseħħx, madankollu kollox jindika, għalkemm fil-futbol ma’ trid tieħu xejn b’ċert, li wara t-tluq tiegħu f’Diċembru li għadda, xahrejn wara l-ex kowċ ta’ Senglea Athletic se jirritorna imexxi fl-arja teknika mal-klabb li miegħu l-istaġun li għadda rebaħ il-Kampjonat.

Sal-bieraħ meta r-riżenja ta’ John Buttigieg minn kowċ tal-Greens kienet għadha friska kollox kien qed jindika li l-klabb kien se jafda lill-assistant kowċ f’dawn l-aħħar sena u nofs Darren Vella fit-tmexxija tat-tim.

Iżda f’sitwazzjoni ferm fluwida u tinbidel kull ħin fil-klabb Furjaniż bħalissa, jidher li d-diriġenza l-ġimgħa ltaqgħet ma’ Potenza u negozjati kienu għadhom għaddejjin bit-tama ta’ ftehim u qbil reċiproku, biex iż-żewġ naħat ikomplu din l-avventura tal-anqas għal dak li fadal minn dan l-istaġun flimkien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com