Root81 Ikkonfermat Li Qed joffri Wħud Fost L-Itjeb Platti Fid-Dinja
Nhar il-Ġimgħa li għadda, is-sit StradaRjali.com flimkien ma’ Ivan Grech beda mawra madwar Malta sabiex niskopru wħud fost l-itjeb platti offruti minn ristoranti lokali.
L-ewwel ristorant li Ivan żar kien Root81, ristorant li joffri ikel ta’ eċċellenza fit-telgħa tas-Saqqajja, fir-Rabat. Tim dinamiku, u iddedikat jilqgħek f’dan ir-ristorant li għandu numru ta’ platti awtentiċi li wkoll ġew rikonoxxuti fuq livell dinji.
Infatti Root81 huwa wieħed mill-ftit ristoranti f’pajjiżna li għandu t-titlu ta’ Michelin Plate; dan mertu għall-platti awtentiċi li kapaċi joffru lill-klijentela tagħhom.
Waqt Bukkun, Ivan Grech irnexxielu jduq uħud mill-aktar platti awtentiċi, li minkejja li forsi jidhru komuni, il-preżentazzjoni u l-preparazzjoni tagħhom hija unika għal dan ir-ristorant.
Segwi dan il-filmat għal aktar dettalji.
Bukkun jissokta fil-jiem li ġejjin. Jekk tixtieq li Ivan Grech iżżur ir-restaurant tiegħek għamel kuntatt magħna fuq [email protected]