Sirens FC Jipprotestaw…..Jgħidu l-Plejer Belti Ma Setax Jilgħab

 Sirens FC Jipprotestaw…..Jgħidu l-Plejer Belti Ma Setax Jilgħab

Tard illum Sirens FC daħlu protest fl-uffiċini tal-MFA kontra l-ineleġibilita tal-plejer ta’ Valletta, s-Serb Ivan Maric.

It-tim minn San Pawl il-Baħar qedin jsostnu li l-plejer, peres li ġie mis-Serbja, kellu jsegwi ħmistax il-ġurnata ta’ kwarantina mandatorja skont kif stipulat mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-plejer wasal f’Malta fil-6 ta’ Frar u għalhekk, skont Sirens FC, mhux suppost lagħab la fil-partita tal-bieraħ li Valletta FC rebħu 1 – 0 u anqas fil-partita tal-FA Trophy li Valletta FC rebħu 2 – 1 kontra Gudja United.

Fil-ġranet li ġejjin l-bord tal-protesti tal-MFA ser ikun qed jisma dan il-każ.

 

Ritratt: Valletta FC Media

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com