Steve D’Amato Kowċ Ta’ Tarxien Rainbows ?

 Steve D’Amato Kowċ Ta’ Tarxien Rainbows ?

Wara li aktar kmieni Tarxien Rainbows aċċettaw ir-riżenja tal-kowċ Winston Muscat u l-assistent tiegħu Adrian Buttiġieġ, illejla bdiet il-ħidma sabiex jinstab kowċ ġdid li tal-anqas jmexxi lit-tim sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Din il-paġna tista tikkonferma li fost l-ismijiet li qed jissemmew li possibilment jieħu f’idejħ it-tmexxija tar-rainbows hemm il-kowċ Steve D’Amato li bħalissa huwa liberu wara li f’Diċembru inħall minn kull rabta li kellu mat-tim ta’ Sirens FC.

D’Amato mhuwiex isem ġdid għal futbol Malti wara li mexxa bosta timijiet kemm fil-Premier u anke f’diviżjonijiet oħra.

Nifhmu li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ D’Amato u fis-sigħat li ġejjin jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Tarxien għadhom ġejjin minn telfa kbira ta’ 7 – 0 kontra Sta. Lucia FC.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com