Uffiċjali – Jeffrey Farrugia Jirriżenja Minn President ta’ Sliema Wanderers

 Uffiċjali – Jeffrey Farrugia Jirriżenja Minn President ta’ Sliema Wanderers
Aġġornata
Din il-paġna tista tikkonferma li Jeffrey Farrugia r-riżenja b’mod uffiċjali minn President ta’ Sliema Wanderers. Farrugia kiteb b’mod uffiċjali lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol fejn infurma li kien qiegħed jirriżenja minn President tal-klabb Slimiż.
Aktar Qabel
“Il-President ta’ Sliema Wanderers FC Jeffery Farrugia qiegħed hawn biex jibqa”.
Dikjarazzjoni ċara u ċaħda kategorika mill-klabb Slimiż, bil-President Farrugia determinat li jsewwi n-nuqqasijiet tal-passat, jirranġa x’mar ħażin f’dawn is-sitt xhur li ilu jmexxi l-klabb u jimxi ‘l quddiem.
“Sliema Wanderers huwa klabb kbir, ninsab determinat immexxi l-klabb il-quddiem u negħleb il-mewġ kollu li b’xi mod jipprova jostakolani fil-ħidma tiegħi fl-interess ta’ dan il-klabb”, stqarr esklussivament ma’ StradaRjali Jeffrey Farrugia.
Fi stqarrija uffiċjali Sliema Wanderers, waqt li ċaħdu stejjer oħra f’sezzjonijiet oħra tal-istampa, ddikjaraw li l-President Farrugia jinsab impenjat fil-miri u l-ambizzjonijiet tiegħu biex jegħleb mhux diffikultajiet iżda sfidi ta’ bħalissa, jmexxi l-klabb il-quddiem lejn żminijiet aħjar u biex l-unuri jirritornaw f’Tas-Sliema fi żmien qasir.
Illejla logħba kbira għal Sliema Wanderers li jaffrontaw lil Valletta fis-6.30pm fil-Hibernians Stadium.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com