Sajjied Mis-Siġġiewi Jikseb Unur F’Festival Taċ-Ċinema Internazzjonali…

 Sajjied Mis-Siġġiewi Jikseb Unur F’Festival Taċ-Ċinema Internazzjonali…

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur feraħ lil Jesmark Scicluna, attur prinċipali fil-film Malti “Luzzu”, tal-unur li rnexxielu jikseb f’wieħed mill-aktar festivals rinomati taċ-ċinema minn madwar id-dinja – Sundance Film Festival.

Għal Jesmark Scicluna, sajjied mis-Siġġiewi, dan il-film kien l-ewwel darba li qatt deher fid-dinja ċinematografika fil-kapaċità tiegħu ta’ attur.

Din hija aħbar pożittiva għall-industrija tal-films lokali. Fi stqarrija mill-Ministeru għat-Turiżmu, intqal li l-gvern se jkompli jsaħħaħ ir-riżorsi tiegħu biex din l-industrija tkompli tkun waħda reżiljenti u t-talent Malti f’dan is-settur jiġi xprunat b’iżjed opportunitajiet internazzjonali.

Awguri Jesmark.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com