“Tibqa’ Dejjem F’Qalbna” – 12-Il Sena Mill-Mewt Tal-Gunner Matthew Psaila
Bħal-lum 12-il sena tħabbret il-mewt ta’ Gunner Matthew Psaila li kien miet wara li sab ruħu f’diffikulta’ waqt eżerċizzju tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Chadwick Lakes.
L-inċident kien seħħ fit-13 ta’ Frar, iżda Gunner Matthew Psaila li kellu 19-il sena kien miet 3 ijiem wara, fis-16 ta’ Frar l-isptar.
Gunner Psaila kien maħbub ħafna u l-mewt tiegħu kienet ħasdet mhux biss lil dawk li kienu jafuh, iżda wkoll lill-pubbliku.
F’dan l-anniversarju wieħed mill-kollegi u ħbieb li kellu Psaila, Jean Pierre Coleiro kiteb biex ifakkar il-memorja ta’ Psaila. Fil-messaġġ tiegħu qallu li ħalla din id-dinja żgħir wisq, “iżda tibqa’ dejjem f’qalbna, sakemm nerġgħu niltaqgħu”.