Tiċċajtax B’Kartolini Anonimi… Tista’ Tkisser Familja!

 Tiċċajtax B’Kartolini Anonimi… Tista’ Tkisser Familja!

Jum San Valentinu sar jum kummerċjalizzat li ma fiha xejn ħażin. Aħna nissapportjaw il-business għaliex kulħadd irid jgħix. Iżda iżjed minn hekk, ħafna jħossuhom ħażin għaliex bħal għada, 14 ta’ Frar ma jkunux bħal ħaddieħor.

Ma jkunux jistgħu juru li huma maħbuba wkoll. Imma ftakru, li l-imħabba m’hemmx għalfejn tperriċċha biex tħossha. L-iskop tal-imħabba hu li tħossha inti mhux biex turi jew tinki lil ħaddieħor.

Intant, donnu daħlet drawwa iżjed minn qabel, li jintbagħatu kartolini anonimi li forsi jġibu xi nkwiet. Persuna tkellmet magħna u xtaqet li nitkellmu dwar dan biex inwasslu messaġġ biex noqogħdu ftit attenti.

Mhux għax aħna dojoq, imma jista’ jkun hemm min għaddej minn problemi fiż-żwieġ. Immaġinaw kartolina anonima x’toħloq! Aħsbu ftit!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com