Tim Nazzjonali Nisa – Tissejjaħ L-Skwadra Għal VisitMalta Women’s Tournament

 Tim Nazzjonali Nisa – Tissejjaħ L-Skwadra Għal VisitMalta Women’s Tournament

Il-Kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa Mark Gatt sejjaħ skwadra ta’ għoxrin plejer għall-ewwel edizzjoni tal-VisitMalta Women’s Tournament li ser jintlagħab bejn il-18 u l-23 ta’ Frar fil-Hibernians Stadium.

L-skwadra magħżula hija:-

GOALKEEPERS
Janice Xuereb (Birkirkara); Patricia Ebejer (Mġarr United).

DIFENSURI
Stephania Farrugia, Alishia Sultana, Ann-Marie Said (all Birkirkara); Charlene Zammit, Jade Flask, Jade Schembri (all Swieqi United), Emma Lipman (Lazio, Italy); Nicole Sciberras (Juventus, Italy).

MIDFIELDERS
Simone Buttigieg (Kirkop United); Emma Xuereb, Shona Zammit, Kayleigh Chetcuti (all Swieqi United); Veronique Mifsud (Birkirkara); Rachel Cuschieri (Lazio, Italy); Brenda Borg (Mġarr United).

ATTAKANTI
Kailey Willis (Hellas Verona, Italy); Martina Borg (Sassari Torres, Italy); Maria Farrugia (Sunderland, England).

Jispikkaw in-nuqqas ta’ Ylenia Carabott, Maya Lucia u Hayley Bugeja li jinsabu imweġgħin.

Malta tilgħab l-ewwel partita tagħha l-Ħamis 18 ta’ Frar fil-14.30 kontra Slovakkja bit-tieni u l-aħħar partita tintlagħab it-Tlieta 23 ta’ Frar kontra Svezja.

 

Ritratt: MFA

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com