Titħajjar Tiekol Minn Taħt Id Kantanti Maltin?

Għada tissokta fuq StradaRjali.com edizzjoni oħra ta’ Bukkun, fejn il-personalità Ivan Grech qiegħed iżżur uħud fost l-aqwa ristoranti tal-mument sabiex iduq l-ifjen platti li joffru.
Ivan hu magħruf kemm huwa delikat fl-għażliet kulinari tiegħu, għaldaqstant il-kokijiet f’dawn ir-ristoranti qedgħin jidħlu għal sfida li jilħqu l-aspettattivi ta’ Ivan.
Għada Ivan ser jiekol minn taħt id kantant prominenti ieħor bit-tama li jogħġob il-gosti tiegħu. Min taħseb li ser ikun dan il-kantant?
Skopri aktar għada billi ssegwi Bukkun fis-18.00 fuq Facebook ta’ StradaRjali.com, fi żvolta interessanti taż-żjara ta’ Ivan fir-restorant ta’ din il-ġimgħa