Tliet Irġiel Arrestati Suspettati Li Fornew Il-Bomba Lil Qatlet Lil Daphne Caruana Galizia

Skont l-aħbarijiet ta’ TVM, intqal li l-kamra tal-aħbarijiet tinsab infurmata li l-Pulizija arrestat tliet irġiel suspettati li fornew il-bomba allegatament użata minn Vince Muscat u l-aħwa George u Alfred Degiorgio biex tinqatel Daphne Caruana Galizia.
ir-Rapporti qed jgħidu li s-suspettati huma l-aħwa Adrian Agius u Robert Agius, kif ukoll Jamie Vella, li t-tlieta li huma ġew arrestati wara s-seduta tal-qorti tal-lum fejn Vince Muscat ammetta l-qtil.
Minn ħin għall-ieħor nistennew arresti ġodda u żvolti oħra f’dan il-każ.