Tmiem il-VisitMalta Tournament. “Malta Se Tikber Bħala Destinazzjoni Li Toffri Opportunitajiet fl-Isport”

 Tmiem il-VisitMalta Tournament. “Malta Se Tikber Bħala Destinazzjoni Li Toffri Opportunitajiet fl-Isport”

RITRATTI – Domenic Aquilina

Il-VisitMalta Women’s Trophy kien suċċess ieħor mhux biss mill-aspett ta’ futbol izda għall-ekonomija tal-pajjiz b’nifs qawwi fit-turizmu sportiv, niċċa ferm importanti fil-ħidma ta’ pajjizna biex meta jegħleb il-pandemija, jirranka mill-ġdid f’dan is-settur ferm importanti.

It-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa t-Tlieta tilef 3-0 kontra l-qawwa tal-Izvezja, l-ħames l-aqwa Nazzjon fid-dinja fil-Kategorija tan-Nisa.

Fil-mistrieħ tal-partita saret konferenza stampa mill-ministru għat-Turizmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo li qal li l-organizzaturi MFA SportsPlus Limited immexija minn Jason Micallef bħala Chairman u Ivan Vella bħala Kap Ezekuttiv ta’ din l-entita fi ħdan l-MFA, ħaqqhom kull tifħir li fi zminijiet diffiċli bħal dawn attiraw lejn Malta lil dawn it-timijiet Nazzjonali, b’injezzjoni b’saħħitha ferm lejn it-Turizmu Sportiv.

Il-fatt li mit-testijiet li saru lbieraħ kontra l-Covid-19 fuq dawk kollha nvoluti mill-erba’ timijiet parteċipanti f’dan it-tournament kulħadd instab negattiv, kien rizultat ieħor pozittiv f’dan it-tournament ta’ ħbiberija tan-Nisa fuq livell Nazzjonali bejn Malta, l-Izvezja, l-Awstrija u s-Slovakkja.

L-Awtorita Maltija tat-Turizmu u l-Assistent Kap Ezekuttiv Carlo Micallef ukoll kienu determinanti fl-għajnuna u l-organizazzjoni ta’ dan it-tornew.

Il-Ministru Clayton Bartolo qal li biex torganizza event bħal dan fi zminijiet diffiċli li qed ngħixu fihom bħalissa hija ta’ sfida loġistika kbira, bħala delettant bħal ħafna oħrajn tal-logħba tal-futbol kuntent nara fost l-aqwa players femminili tal-futbol fid-dinja jikkompetu f’Malta – Zvezja fost l-oħrajn ġabu magħhom lill-istilla Kosovare Asllani li tilgħab ma’ Real Madrid.

Il-Ministru kompla jgħid, “Il-Gvern qed jaħdem id f’id mal-Malta Football Association u l-President Bjorn Vassallo biex jiġi assigurat li pajjizna jibqa destinazzjoni attrajenti għal training camps ta’ klabbs kbar, dan waqt li nfittxu opportunijiet ġodda u nħajru swieq ġodda f’dan il-qasam.

“Wiegħed li l-gvern se jkun minn ta’ quddiem fl-għajnuna lill-MFA fl-investiment li se jsir bil-bini ta’ ċentru ġdid tal-futbol f’Ta’ Qali, apparti titjib u bini ta’ training pitches oħra”.

Bartolo kompla, “Malta għandha potenzjal kbir fit-turizmu sportiv, il-gvern jemmen f’din in-niċċa u se jkompli jinvesti aktar f’dan il-qasam, is-suċċess ta’ dan il-VisitMalta Women’s Trophy fi zminijiet ta’ sfida għal kulħadd għandu jispirana biex fiz-zmien li ġej norganizzaw tournaments internazzjonali f’Malta ta’ liveli għolia minn dan, b’attrazzjoni ta’ klabbs importanti lejn Malta.

“Serħu raskom li Malta se tikber fl-irwol bħala destinazzjoni li toffri opportunitajiet fl-isports”, temm jgħid il-ministru għat-Turizmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur l-Onorevoli Clayton Bartolo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com