‘Tresure Hunt’ Nazzjonali F’Sibt Il-Għid B’Risq Puttinu

 ‘Tresure Hunt’ Nazzjonali F’Sibt Il-Għid B’Risq Puttinu

Din is-sena wkoll iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid ser jerġgħu ikunu minimi u b’restrizzjonijiet kbar minħabba l-pandemija tal-Covid-19, iżda fit-3 ta’ April, Sibt il-Għid, f’attivita’ li se tosserva l-miżuri kollha se tkun organizzata ‘treasure hunt’ bil-karozzi madwar Malta.

L-attivita’ li se ddum 6 siegħat se jkun fiha ħafna attivitajiet u naturalment il-parteċipanti jridu jagħmlu diversi sfidi f’mużewijiet madwar Malta u postijiet oħra u naturalment l-attivitajiet se jkunu relatati mat-tradizzjoni tal-Easter Egg Hunt.

L-attivita’ se ssir b’risq Puttinu Cares.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit uffiċjali ta’ ‘The Malta National Hunt’ hawnhekk.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com