UCL – Telfiet Għal Juventus u Sevilla

 UCL – Telfiet Għal Juventus u Sevilla

Hekk kif illejla kompla l-logħob mill-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League, Porto f’darhom u Borussia Dortmund barra minn darhom ma fallewx kontra Juventus u Sevilla rispettivament.

F’Estadio do Dragao fil-Portugall, Porto għelbu lil Juventus 2 – 1. Kien Mehdi Taremi li poġġa lil Porto fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0. Minuti fit-tieni taqsima u Moussa Marega jagħmilhom 2 – 0. Porto dehru resqsin lejn rebħa b’vantaġġ ta’ żewġ goals iżda Chiesa ta’ Juventus tmien minuti mit-tmiem fetaħ tamiet ġodda għal bionconeri fil-logħba tar-ritorn.

F’Spanja, Sevilla ġew megħluba 2 – 3 minn Borussia Dortmund. Suso poġġa lill-Sevilla fil-vantaġġ wara biss seba minuti bil-Ġermaniżi jirrispondu bit-tlett gowls sat-tmiem l-ewwel 45 minuta. L-ewwel kienu Mahmoud Dahoud li ġab id-draw fil-19 il-minuta biex fil-27 u fil-43 minuti Erling Haaland skorja darbtejn għal 3 – 1. Sitt minuti mit-tmiem Luuk De Jong naqas id-distakk u għamel lis-skor aktar rispettabli għal riżultat finali ta’ 2 – 3.

 

Ritratt: Pedro Nunes/Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com