UEFA Europa League – Rebħiet Kbar ‘away’ Għal Tottenham u Manchester United

 UEFA Europa League – Rebħiet Kbar ‘away’ Għal Tottenham u Manchester United

UEFA Europa League 

Iz-zewġ timijiet Inglizi Tottenham u Manchester United kisbu rebħiet kbar ‘away’ li prattikament u qabel il-logħbiet ta’ ritorn diġa qatawlhom il-passaġġ għall-fazi li jmiss tal-aħħar sittax f’din il-kompetizzjoni.

Tottenham rebħu fl-Awstrija 4-1 għand Wolfsberger AC, goals għat-tim tal-manager Jose Mourinho minn Heung-Min Son, Gareth Bale, Lucas Moura u Vinicius, konsolazzjoni għal Wolfsberger AC bl-iskor 3-0 kontrihom, skurjat minn penalty ta’ Michael Liend.

Rebħa aktar komda għal Manchester United barra minn darhom, izda f’venue newtrali, partita ntlgħabet fl-Allianz Stadium ta’ Turin kontra Real Sociedad minħabba t-travel ban imħabbar mill-gvern Ingliz minn u lejn numru ta’ pajjizi fosthom Spanja, rebħa 4-0 għar-Red Devils fuq l-Ispanjoli, goals minn doppjetta ta’ Bruno Fernandes, goals oħra minn Marcus Rashford u Daniel James.

Draw ta’ 2-2 għal Milan fis-Serbja kontra Red Star, RossoNeri minn fuq b’awtogoal ta’ Radovan Pankov, l-ewwel draw Serb minn penalty ta’ Guelor Kanga, minn penalty ieħor fil-61 minuta Theo Hernandez reġa poġġa lil Milan fil-vantaġġ, 2-2 għal Red Star fit-93 minuta minn Milan Pavkov.

B’zewġ goals f’temp ta’ zewġ minuti fl-ewwel ħinijiet tal-logħba Granada għelbu lil Napoli 2-0, goals minn Yangel Herrera (19) u Kenedy (21), għat-tim Spanjol.

Rebħa tajba ‘away’ għal Roma 2-0 fil-Portugal għand Braga, Giallorossi skurjaw goal f’kull taqsima minn Edin Dzeko fil-bidu u Borja Mayoral lejn tmiem il-partita.

Draw fqir 1-1 ukoll f’venue newtrali (Ruma) minħabba t-travel ban bejn Benfica u Arsenal, Pizzi minn penalty poġġa lill-Portugizi minn fuq fil-55 minuta, zewġ minuti wara Gunners kisbu d-draw minn Bukayo Saka.

Rizultati oħra l-Ħamis filgħaxija mill-ewwel legs, fazi tat-32 tal-UEFA Europa League.

Dinamo Kiev 1-1 Club Bruges

Krasnodar 2-3 Dinamo Zagreb

Olympiakos 4-2 PSV Eindhoven

Slavia Praga 0-0 Leicester City

Young Boys 4-3 Bayer Leverkusen

Lille 1-2 Ajax

Maccabi 0-2 Shakthar

Molde 3-3 Hoffenheim

Antwerp 3-4 Rangers

Salsburg 0-2 Villarreal

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com