Valletta FC Jżommu l-Punti Mirbuħa Fuq il-Pitch u Minkejja l-Protest ta’ Sirens

 Valletta FC Jżommu l-Punti Mirbuħa Fuq il-Pitch u Minkejja l-Protest ta’ Sirens

Valletta se jżommu t-tliet punti li kisbu fir-rebħa 1-0 fuq Sirens il-Ħadd li għadda wara li l-protest imressaq mill-klabb minn San Pawl il-Baħar ma’ ġiex milqugħ.

Fil-protest tagħhom Sirens ilmentaw mill-fatt li d-difensur ta’ Valletta FC Ivan Maric mhux suppost lagħab fil-partita minħabba li skont l-istess protest il-plejer kellu jiskonta ħmistax-il ġurnata ta’ kwarantina mandatorja.

Huwa rrappurtat li Maric wasal f’Malta mis-Serbja fis-6 ta’ Frar u għalhekk, skont l-awtoritajiet tas-saħħa, il-plejer ried josserva kwarantina mandatorja ta’ ħmistax-il ġurnata.
Iżda mill-provi li resqu Valletta jirriżulta li l-player wasal minn pajjiż ieħor, il-Bulgarija, minn fejn m’hemmx travel ban għal wasliet f’Malta minn dan il-pajjiż fil-Lvant tal-Ewropa.
Fit-tweġiba tagħha l-MFA ikkonfermat li dwar il-każ ma’ kienx hemm bżonn li jiltaqa’ l-bord tal-protesti għaliex id-deċiżjoni ttieħdet fuq proċedura, għall-fatt li protest irid jitressaq sa erbgħa u għoxrin siegħa mill-bidu tal-partita nkwistjoni, xi ħaġa li Sirens m’għamlux u damu wara l-24 siegħa mill-Kick-Off l-għada t-Tnejn, biex resqu dan il-protest.
Dan ir-regolament wassal biex id-deċiżjoni li Valletta jżommu t-tliet punti li rebħu fuq il-pitch, għamilha aktar faċli biex tittieħed deċiżjoni dwar dan il-protest u mingħajr il-bżonn li jitlaqqa’ l-bord inkwistjoni fi ħdan l-Assoċjazzjoni.
Illejla ntant konfront ieħor għal-Lilywhites, dwell diffiċli fis-6.30pm fl-Istadium Nazzjonali kontra r-rivali moderni, Birkirkara.
Aqra aktar dwar l-preview tal-partita f’dan l-artiklu
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com