Winston Muscat Jirriżenja Minn Kowċ ta’ Tarxien Rainbows

 Winston Muscat Jirriżenja Minn Kowċ ta’ Tarxien Rainbows

Matul il-ġurnata tal-lum il-kowċ ta’ Tarxien Rainbows Winston Muscat informa lill-klabb li kien qed jirriżenja minn kowċ tat-tim ta’ Tarxien. Ir-rainbows ilbieraħ ġew megħluba 7 – 0 mill-ġirien Santa Lucia.

Nifhmu li d-deċiżjoni ta’ Muscat waslet wara r-riżultat ferm negattiv fil-partita tal-bieraħ. Matul din il-ġimgħa Tarxien kwalikfaw għar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy wara li għelbu lill-Qormi 3 – 0.

Tarxien Rainbows bħalissa qed jokkuppaw l-14 il-post fil-klassifika b’total ta’ 15 il-punt minn 20 partita.

Il-kumitat ta’ Tarxien issa ser ikun qed jaħdem sabiex jinħatar kowċ ġdid li minn tal-anqas jmexxi lit-tim sat-tmiem l-istaġun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com