Żejtun C. – Żewġ players pożittivi għall-COVID.. 5 oħra fi kwarantina.. Titħassar ukoll il-logħba tal-weekend

 Żejtun C. – Żewġ players pożittivi għall-COVID.. 5 oħra fi kwarantina.. Titħassar ukoll il-logħba tal-weekend

RITRATT – Domnic Borg

B’xorti ħażina l-COVID19 reġgħet laqtet il-futbol Malti b’żewġ players ta’ Żejtun Corinthians pożittivi, ħames players oħra fi kwarantina mandatorja.

Dan wassal biex tħassret il-logħba tal-Erbgħa mir-Rawnd tat-32 tal-FA Trophy kontra Hibernians, magħha diġa ġiet posposta l-logħba li jmisshom il-Corinthians fil-Kampjonat kontra Balzan nhar il-Ħadd li ġej minn Match Day 20.

Għad trid tittieħed deċiżjoni dwar il-logħba tal-weekend ta’ wara mill-Kampjonat, is-Sibt 20 ta’ Frar li Żejtun Corinthians għandhom kontra Gżira United hekk kif is-seba’ players inkwistjoni jkunu għadhom fi kwarantina mandatorja.

Din kienet daqqa għal dan il-klabb li qed ikollu staġun mill-aqwa fejn fl-ewwel staġun tiegħu fl-ogħla diviżjoni miexi fit-triq li jevita r-relegazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com