Raisa Tirrakkonta Kif Ta’ 15-il Sena Daħlet F’Koma Għal 9 Xhur U X’tiftakar Meta Ħarġet Minnha

 Raisa Tirrakkonta Kif Ta’ 15-il Sena Daħlet F’Koma Għal 9 Xhur U X’tiftakar Meta Ħarġet Minnha

Raisa Falzon hija tfajla ta’ ispirazzjoni kbira. Ta’ 15-il sena, 8 snin ilu, Raisa kienet tifla li qed tikber u bdiet tgawdi l-ħajja, iżda f’ġurnata minnhom, wara li qamet normali, kienet muġugħa ħafna f’ġisimha, saqajha u f’idejha.

F’intervista waqt il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa dwar l-ewtanasja, Raisa qalet li wara ftit ħin bdiet tħoss uġigħ kbir f’rasha u missierha ħadha l-isptar, u wara li qalulha li m’għandha xejn kbir, intilfet minn sensiha u waqgħet f’koma għal 9 xhur u xahrejn fl-ITU. Raisa tirrakkonta li ma tiftakar xejn iżjed.

Spjegat li wara 9 xhur ħarġet minn koma imma qatt ma’ reġgħet ġiet kif kienet qabel minħabba diversi sfidi fiżiċi.

Fl-Intervista li xxandret fi programm dwar l-ewtanasja, raisa qalet li fil-bidu bdiet tħoss li aħjar ma tgħix hekk, iżda llum tgħid li mnalla li l-ewtanasja ma kienitx għażla.  U jiddispjaċiha li ġiha dak il-ħsieb.

Spjegat kif ta’ 15-il sena kienet tgħix għal Ġimgħa biss u iġri tgħaddi l-ġimgħa tal-iskola biex jasal il-Ġimgħa u llum ħajjitha hija isbaħ minn qabel, avolja limitata.

spjegat li kemm-il darba staqsiet, “għala jiena?”, u llum tgħid “mnalla jien għax kont kapaċi niġġilidha.”

Segwi l-kuraġġ ta’ Raisa f’din l-intervista.

https://www.facebook.com/lerbgha/videos/420654795835403

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com