“Alternattiva Sabiex Wieħed Jasal Bil-Baħar F’Għawdex F’Ħin Relattivament Mgħaġġel” – L-Assoċjazzjoni Tat-Turiżmu F’Għawdex

 “Alternattiva Sabiex Wieħed Jasal Bil-Baħar F’Għawdex F’Ħin Relattivament Mgħaġġel” –  L-Assoċjazzjoni Tat-Turiżmu F’Għawdex

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex qalet li tilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li s-servizz tal-Fast Ferry qed jiġi ntrodott mill-1 ta’ Ġunju 2021, bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr Għawdex. L-Assoċjazzjoni qalet li l-introduzzjoni ta’ dan is-servizz tant mistenni se jtejjeb aktar il-konnettività bejn il-gżejjer.

L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu ta’ Għawdex temmen f’modi differenti ta’ konnessjonijiet bejn il-gżejjer u b’hekk tisħaq li dan is-servizz se jkun qed joffri alternattiva sabiex wieħed jasal bil-baħar f’Għawdex mill-Belt Valletta, fi żmien relattivament mgħaġġel.

Dan is-servizz jista ‘jkun attraenti mhux biss għall-Għawdxin li se jużawh għall-ivvjaġġar ta’ kuljum iżda jista’ jkun mezz ieħor li jwassal aktar malajr lejn Għawdex kemm lil dawn li jitilgħu Għawdex għal raġunijiet domestiċi u anki lit-turisti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com