Anzjana Ta’ 81 Sena Tmut Wara Li Ttajret Fil-Qrendi

 Anzjana Ta’ 81 Sena Tmut Wara Li Ttajret Fil-Qrendi

Anzjana ta’ 81 sena mill-Qrendi dalgħodu tilfet ħajjitha wara li ttajret minn karozza meta kienet qed taqsam it-triq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00a.m fi Triq it-Tempesta, l-inħawi tal-Maqluba.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 30 sena mill-Imqabba.

Jirriżulta li l-vittma fil-ħin tal-inċident kienet qed iġġorr ftit pal tal-bajar f’kaxxa tal-kartun.

Fil-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. Il-Pulizija qed tinvestiga.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com