Appell Mingħand Bint Li Ommha Mietet Bil-Covid-19
Fuq il-midja soċjali tagħha, Theresann Azzopardi, bint omm li tilfet ħajjitha minħabba l-Covid-19, appellat lill-pubbliku biex isewgu l-miżuri tal-awtoritajiet speċjalment dawk tal-ilbies tal-maskra, id-distazna soċjali u li noqogħdu lura milli niltaqgħu fi gruppi.
Uriet id-dispjaċir tagħha għall-mewt t’ommha waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19 fl-età ta’ 70 sena.
Nisimgħu dan l-appell u nobdu r-regoli kollha. Kondoljanzi lill-familjari kollha.