Bil-Filmat: Il-Vjolenza Domestika F’Koppji Intimi Tal-Istess Sess

 Bil-Filmat: Il-Vjolenza Domestika F’Koppji Intimi Tal-Istess Sess

Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Ibbażata fuq il-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika nediet kampanja dwar vjolenza domestika bejn koppji tal-istess sess.

Fi stqarrija, il-kummissjoni qalet li l-għan ta’ din il-kampanja huwa li teduka lill-pubbliku dwar dan il-fenomenu tal-vjolenza domestika li huwa maħsub li jinsab esklussivament fost koppji eterosesswali, iżda meta fir-realtà mhux il-każ. Il-vjolenza domestika sseħħ fost relazzjoni kemm tal-istess sess u anki eterosesswali; dan is-seħħ meta persuna f’relazzjoni intima timmanipula u tikkontrolla lill-persuna l-oħra, b’tali mod tikseb setgħa assoluta fir-relazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com