Bil-Filmat: Qattusa Ddaħħal Ferħ Tagħha Stess L-Isptar

 Bil-Filmat: Qattusa Ddaħħal Ferħ Tagħha Stess L-Isptar

Xena mhux tas-soltu fi sptar fit-Turkija malli qattusa daħlet l-isptar iġġorr ferħ tagħha b’ħalqha. Jidher li l-ferħ kellu infezzjoni f’għajnu.

Filmat li ttieħed ġera sew fuq il-midja soċjali tant li l-kummenti splodew fi ftit ħin. Jidher li l-omm (qattusa) kienet familjari ma’ dan l-isptar għaliex spiss kienu jħallulha l-ikel u l-ħalib.

Araw ftit kemm għandhom stint b’saħħtu l-annimali u verament ikunu jafu min tassew iħobbhom.

Jidher li l-ferħ kellu għajnu mfejqa, fejn it-tobba tal-isptar fid-distrett ta’ Izmir, ħaduh għand veterinarju li tah l-għajnuna meħtieġa.

Jidher li kif kienu fiż-żifna, daru wkoll il-qtates frieħ l-oħra tal-istess omm li kienu fil-viċinanzi tal-isptar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com