Bil-Filmat: Żewġt Iklieb Jagħmlu Ħerba Fl-Imqabba

 Bil-Filmat: Żewġt Iklieb Jagħmlu Ħerba Fl-Imqabba
F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali minn Chris Briffa flimkien ma’ kumment, jispjega li żewġt iklieb għamlu ħerba fi Triq il-15 ta’ Settembru fl-Imqabba.
Inkiteb li bdew iqattgħu u joqtlu l-qtates u li anke huma periklu għan-nies.
“Hemm bżonn azzjoni qabel ikun tard wisq!”, kiteb Briffa filwaqt li ħeġġeġ li jekk persuni jkunu jafu ta’ min huma, jinforma lill-kunsill jew l-għassa taż-Żurrieq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com