Jagħmlulu Hold-Up Vjolenti F’Dahru Waqt Li Kien Qed Jilgħab

 Jagħmlulu Hold-Up Vjolenti F’Dahru Waqt Li Kien Qed Jilgħab

Il-Ħadd il-Plejer ta’ PSG Angel Di Maria kien fil-mira ta’ hold-up vjolenti f’dahru waqt li hu kien qed jilgħab partita kompetittiva kontra Nantes.

Jirriżulta li waqt li kienet għaddejja l-partita, persuni armati daħlu armati fid-dar tiegħu waqt li l-mara u ż-żewġt’itfal kienu fid-dar. Rapporti qalu li l-hold-up kien wieħed “vjolenti”.

Id-diriġenti ta’ PSG kienu nfurmati  bil-hold-up ftit wara li bdiet it-tieni taqsima tal-partita, u mmedjatament il-kowċ bidel il-plejer fit-62 minuta u spjegawlu x’kien qed jiġri u mill-ewwel mar fuq il-post.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com