Chris Fearne B’Aħbar Mill-Isbaħ Dwar Il-Covid-19 F’Jum Il-Ħelsien

 Chris Fearne B’Aħbar Mill-Isbaħ Dwar Il-Covid-19 F’Jum Il-Ħelsien

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għadu kif ħabbar permezz ta’ Twitter li sa issa “1 minn kull 3 adulti Maltin u Għawdxin ħadu mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin”.

Din hija aħbar tajba li turi li l-proċess tat-tilqim għaddej b’rata mgħaġġla ħafna, li jfisser li l-immunità fost il-popolazzjoni qed tikber b’mod rapidu.

Minkejja dan, huwa mportanti ħafna li wieħed jibqa’ josservi l-miżuri, jilbes il-maskra u jżomm id-distanza soċjali sabiex in-numru ta’ każijiet attivi jibqa’ nieżel. Kif wissiet Prof Charmaine Gauci aktar kmieni din il-ġimgħa, minkejja li l-vaċċin jgħin sabiex jonqsu l-effetti severi tal-Covid-19, dan ma jfissirx li wieħed ma jistax xorta waħda jieħu dan il-virus. Hija appellat sabiex il-pubbliku jibqa’ kawt u josserva l-miżura kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com